Il-Barumbati ta' Betta Trombetta

10 stejjer tad-daħq dwar Betta Trombetta, tifla moħħa tajjeb imma ma tħobbx tistudja. Betta hi fuq ruħha ħafna u l-inkwiet jiġri warajha kull fejn tmur, għalkemm ġieli tkun hi li tiġri warajħ. Ħafna minn dan l-inkwiet jinqala’ għax Betta ma taħsibhom xejn. Tħobb taqta’ bla ma tqis u tagħmel kollox kif jiġiha f’rasha dak il-ħin.

Tħobb tippika ma’ dak li jkun u. xi drabi, tinki wkoll. Iźda qalbha mhix ħazina u malajr jiddispjaċiha jekk tkun daħħlet lil ħaddiehor f’xi biċċa għawġ. Betta tbati ħafna bil-burdati. Xi drabi ma tkun trid tkellem li ħadd u drabi oħra tibda tgħid u ma tiqafx. Tagħmel ħabta ma tridx taf bi studju, u mbagħad jiġi źmien meta tiffissa fil-pitazzi u tistħajjilha se tibda tiekol il-kotba!.

 

L-Ewwel Edizzjoni: 1983

Ġeneru: Stejjer: Stehher Umoristiċi

Erġa' Lura

Carmel . G. Cauchi © 2009. Cahda |