CARMEL G. CAUCHI

Twieled Birkirkara fid-29 ta' Mejju 1944. Il-ġenituri tiegħu, illum mejtin, kienu Ġuzeppi u Rita mwielda Borg. Għandu żewġ ħutu iżgħar minnu, Joseph u Phyllis.


Mill-lskola Primarja ta' Birkirkara għadda għal-Liċeo, il-Ħamrun, fl-1957. L-edukazzjoni terzjarja tiegħu ħadha fil-Kulleġġ ta' I-Edukazzjoni San Mikiel, Ta' Ġiorni, fejn daħal fl-1963. Minn hemm kiseb iċ-Certifikat ta' Għalliem fl-1965. Għallem fl-iskejjel primarji tal-Gżira, il-Birgu, Birkirkara u Santa Venera. FI-1995 sar Assistent Kap fl-iskola Primarja "Madonna tal-Minsija", San Ġwann. FI-2005 irtira bl-età.


Huwa membru attiv fis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.) Huwa msieħeb fl-Għaqda Poeti Maltin, fl-Għaqda tal-Malti (Universita') u fl-Akkademja tal-Malti.


ll-ġibda għall-kitba ħassha sa minn tfulitu u baqgħet tikber miegħu. Cauchi huwa kittieb ta' proża, poeżija u drammi, u jikteb kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar. Xogħlijiet tiegħu xxandru fuq il-mezzi tax-xandir, u dehru fil-ġurnali, f'rivisti letterarji u f'antoloġiji kemm lokali kif ukoll barranin. Cauchi kien bosta drabi ppremjat f'konkorsi letterarji lokali u xi drabi wkoll l-ltalja. Ingħata fost l-oħrajn il-premju prestiġjuż "Città di Valletta" fl-1986.


Għal erba' darbiet kien fost ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb: it-tieni post fit-Taqsima Proża għat-Tfal fl-2002 u fl-2012, l-ewwel post fit-Taqsima Poeżija għat-Tfal fl-2006, u l-ewwel post fit-Taqsima tal-Proża għall-Adolexxenti fl-2011.


Għal ħames snin konsekuttivi kiteb dramm li bih it-tfal ta' l-lskola Primarja ta' Birkirkara pparteċipaw fil- "Festival ta' Drama għall-lskejjel", u għal tliet darbiet ingħata t-trofew għall-aħjar skript oriġinali.

BIBLIJOGRAFIJA

Kotba għall-Kbar — Oriġinali

 

 Isem il-Ktieb

  L-Ewwel Edizzjoni

 Ħoloq — Poeżiji (Ko-awtur)

 1973

 Qsari fis-Setaħ — Novelli

 1975

 Passi fuq ir-Ramel — Poeżiji

 1983

 Tifkiriet Kalabrizi — Poeżiji (Ko-awtur)

 1986

 Pupa tal-Plastik u Stejjer Oħra — Novelli

 1985

 Fewġiet u Buffuri — Poeżiji

 1994

 Stejjer għad-Diskussjoni— Stejjer Qosra

 1996

 Lellux fil-Mogħdija - Poeżiji

 1999

Għad-Dell tal-Ġakaranda — Poeżiji
2008
Mar-Radd tas-Salib –  Ħsieb għal kull jum
2008
L-Għeneb Qed Jiswied u Novelli oħra
2009

Stejjer Oħra għad-Diskussjoni.

2010

In-Nar fl-Ispirtu Tiegħi - Poeżiji
2015
Pass Pass matul is-sena — Ħsieb għal kull jum
2019

 

 

Kotba għaż-Żgħażagħ u Adolexxenti — Oriġinali

 

 Isem il-Ktieb

  L-Ewwel Edizzjoni

Mill-Ġnejna ta' Tfuliti - Awtobijografiku
2011
Kulħadd bl-Istorja Tiegħu - Rumanz
2011
Wiċċ Imb Wiċċ mal-Verità - Rumanz
2015

 

 

Kotba għaż-Żgħażagħ u Adolexxenti — Traduzzjoni

 

 Isem il-Ktieb

  L-Ewwel Edizzjoni

Id-Dragun tad-Dragonara — Fantastorja
2017

 

 

 Kotba għat-Tfal — Oriġinali

 

 Isem il-Ktieb

 L-Ewwel Edizzjoni

 Il-Bawxati ta' Pietru Pitravu

 1976

 Iżjed Bawxati ta' Pietru Pitravu

 1977

 Bawxati Oħra ta' Pietru Pitravu

 1981

 Pizzi Pizzi Kanna (poeziji)

 1978

 Il-Misteru ta' L-lmsella Msadda

 1979

 L-Għasfur Jitkellem u Stejjer Oħra

 1981

 Ramon u Sardinellu

 1981

 Onġi Onġi Onġella (poeżiji)

 1982

 Il-Barumbati ta' Betta Trombetta

 1983

 Betta Tħaddem Rasha

 2005

 Betta Ġġibha Żewġ

 2005

 Sardinellu u d-Dar tal-Ħares

 1985

 Il-Praspar ta' Mastru Gerfex

 1990

 It-Tifkiriet tan-Nannu Lipp

 1992

 Mid-Djarju ta' Rikardu Fender

 1993

 Aktar Mid-Djarju ta' Rikardu Fender

 1997

 F'Ħal Busbies ma' Mastru Gerfex

 1997

 Il-Fatat fid-Dar tan-Nanna

 1998

 Dak l-lmbierek Mastru Gefex

 1999

 L-Avventuri ta' Roderick u Gridoro

 2001

 Mal-Fatat ma Tiċċajtax

 2002

 Zito Zandarell - Ġrajjiet ta' Tifel Aljen

 2003

 Il-Mamá Spiss Ma Tiflaħx

 2005

 II-Papá Għandu Problema

 2005

 Ħija Jeremy

 2005

 Ejja Naqraw Storja

 2005

 Laqt u Xiber (poeżiji)

 2006

 L-lstejjer ta' Kendor is-Saħħar

 2007

 Is-Sigriet ta' Għajnejn il-Kobra

 2007

Dorianne Nieqsa mid-Dawl
2008
Clint għandu d-Down Syndrome
2008
Marcel Nieqes mis-Smigħ
2008
Jason juża s-Siġġu tar-Roti
2008
Il-Ġrajjiet ta’ Jacob Jones
2009
Dexter, il-Pupu-Baħri — Stejjer
2011
Il-Kuġin għandu l-Awtiżmu.
2012
Kif jaħsibhom Mastru Gerfex
2012
Leġġendi tal-Milied 2012
L-istejjer tan-Nanna Vanna 2013
Il-Milied, Leġġendi u Ġrajjiet 2015
Jean-Paul u Sebbelliku 2016
Gerfex, Betta u l-Internet 2016
Sorpriża għal Lindora
2019
Mastru Gerfex rebbieħ dejjem (Ġdid)
2021
Lellux u Peprin (Ġdid)
2021
Rigal lil Samantha (Ġdid)
2021
Iċ-Ċurkett tas-Sultan Spiros(Ġdid)
2021

 

 

 Kotba għat-Tfal — Traduzzjonijiet

 

 Isem il-Ktieb

 L-Ewwel Edizzjoni

 Patri Kolbe

 1982

 Il-Ġrajja tal-Madonna ta' Fatima

 1982

 Il-Ħajja u l-lttri ta' Pawlu

 1985

  Don Bosco — Iċ-Ċkejken Akrobatiku

 1989

 Don Bosco — Il-Ħabib taż-Żgħażagħ

 1989

 Don Bosco — Appostlu Modern

 1989

Ngħaqqad l-lstampi mill-Bibbja

 2005

 Jigsaw Puzzles Żgħar mill-Bibbja

 2005

 L-Ewwel Bibbja Tiegħi

 2005

 Parabboli Fil-Bibbja

 2005

 Stejjer mill-Bibbja

 2005

 L-Anġli fil-Bibbja

2005

 

 

 

Carmel G. Cauchi © 2009. Cahda |