Iċ-Ċurkett tas-Sultan Spiross

Iċ-Ċurkett tas-Sultan Spiros hu ktieb ġdid ta' Carmel G. Cauchi, Tpinġijiet ta' Frank Schembri.

"Andreas kien tifel fqir u twajjeb, jirgħa n-nagħaġ u l-mogħoħ f'raħal ħgħir fil-Greċja Antika. Waqt li l-merħla tkun tirgħa kien jieħu gost idoqq arpa ħgħira li kienet tifkira ta' missieru mejjet. Imma tliet subien oħra, kattivi u mqarbin kienu jħobbu jinbxuh, jgħajruh u jiddieħku bih.

Ġriet ix-xniegħa li fir-raħal kien ġej is-Sultan Spiros. Kulħadd xtaq jara s-Sultan u jiltaqa' miegħu, imma dan baqa' ma deherx. Sadattant, tfaċċa raġel xwejjaħ liebes imċerċer li wkoll ġie trattat ħaźin mit-tfal kattivi. Ittantawh, daħku bih, għajruh u waqqgħuh mal-art. Meta telqu, Andreas offrielu bieqja halib. Ix-xwejjaħ ħa gost jixrobha bil-mod.

Qabel ma telaq, ix-xwejjaħ offra lit-tifel ċurkett sabiħ, imma ried mingħandu l-arpa ċkejkna. Qallu li dak iċ-ċurkett kien tilfu s-Sultan u kien se jagħti rigal sabiħ lil min isibhulu. Imma Andreas ma xtaqx iċedi l-arpa għax dik kienet tifkira ta' missieru....

 

L-Ewwel Edizzjoni: 2021

Ġeneru: Stejjer

Erġa' Lura

Carmel . G. Cauchi © 2009. Cahda |