Il-familja Debono marru jqattgħu nofstanhar il-Buskett. Stefan kien qiegħed jilgħab il-ballun ma’ oħtu Melissa. Stefan ixxuttja l-ballun bil-qawwi u dan ġie f’xi sigar ’il bogħod. Meta marru jfittxuħ sabu sorpriźa kbira tistenniehom… Melissa twerwret… Ta’ min kienu dawk il-par għajnejn li t-tifla rat iźebbġu fis-sigra? U għaliex rat l-għajnejn biss,  u ebda wiċċ? — Għaliex Spikey l-kelb infexx jilgħaq ġebla partikulari fil-ħajt tas-sejjieħ? 

Dik il-ħarġa kienet għall-Familja Debono l-bidu ta’ avventura tassew stramba li switilhom ħafna ferħ u daqstant ieħor niket u ansjetà.

 

L-Ewwel Edizzjoni: 2003

Ġeneru: Fantastorja twila

Erġa' Lura

Carmel . G. Cauchi © 2009. Cahda |