Wiċċ imb wiċċ mal-verita'

Wiċċ imb wiċċ mal-verita' huwa rumanz ġdid ta' Carmel G Cauchi, indirizzat lil dawk li għandhom minn 13-il sena 'l fuq.

Dan ir-rumanz huwa msejjes l-aktar fuq Kelsey, tfajla ta' ħmistax-il sena li għandha ħuha bl-awtiżmu u ssostni li qiegħed ikun ta' xkiel għaliha. Wara l-mewt tan-nannu bdiet torqod għand in-nanna biex ix-xwejħa ma tkunx waħidha billejl. Biex tkompli tagħqad in-nanna bdiet tbati bid-dimenzja u meta tilfet il-portmoni bil-flus akkużat lil Kelsey li serqithulha hi.

Fost iż-żgħażagħ li magħhom tkun Kelsey hemm diversi problemi. Ir-rumanz iġibna wiċċ imb wiċċ ma' sitwazzjonijiet u l-burdati li jvarjaw minn dawk serji bħad-dimenzja, l-awtiżmu u d-divorzju, għal dawk umoristiċi; u minn dawk ta' niket, bħal meta tfajla minnhom tispiċċa f'koma, għal dawk tad-daħq bħaċ-ċajtiet ta' Jerome. Fost iż-żgħażagħ jitfaċċa wkoll l-ewwel xrar ta' mħabba. Għandna mħabba li ma sseħħx għax tfajla jkollha grazzja ma' ġuvni li jitħajjar imur patri, u għandna mħabba oħra li tidher li se seħħ.

Il-ktieb jinsab għall-bejgħ fil-ħwienet tal-kotba għall-prezz ta' €6.95.

 

L-Ewwel Edizzjoni: 2015

Ġeneru: Rumanz

Erġa' Lura

Carmel . G. Cauchi © 2009. Cahda |