"Pass Pass Matul is-Sena", jinkludi ħsieb għal kull jum tas-sena. Huwa mfassal sewwasew bħall-ktieb l-ieħor ta' qablu, "Mar-Radd tas-Salib," tal-istess awtur u, bħalu, mhux intiz biex jinqara kollu f'salt imma biex jitnaqqar paġna kuljum.
Aktarx li l-aħjar ħin biex wieħed jaqra l-paġna hu filgħodu, ħalli l-ħsieb iservih bħala ispirazzjoni għal matul il-jum. Il-qarrej, madankollu, għandu jħossu liberu li juża l-ktieb kif inhu l-aħjar għalih.
Il-ħsibijiet huma mfassla fuq aforiżma, kważi dejjem bl-Ingliż. L-aforiżma tħalliet fl-ilsien oriġinali biex ma titlef xejn mill-qawwa tagħha, l-aktar fejn tidħol ir-rima jew l-idjoma oriġinali. L-aforiżma hija segwita minn kumment bil-Mlati mill-awtur u l-paġna tagħlaq b'erba versi mqabblin li faċli jibqgħu fil-memorja.
Kull ħsieb hu miktub b'mod konċiż u ma jiħux iktar minn faċċata waħda. Jinqara biss f'affari ta' tliet jew erba' minuti, u allura wieħed iktar isibha facli li jsib ħin għalih fil-ħajja mgħaġġla tal-lum.
Għalkemm il-għan tal-ktieb hu l-użu personali jista' jkun ukoll li mexxejja ta' gruppi jew klassijiet isibuh utli f'sens komunitarju.
Il-ktieb jista' jinxtara mil-Librerija Preca għall-prez ta' €12.
|