In-nar fl-ispirtu tiegħi

CARMEL G. CAUCHI hu wieħed mill-aħjar poeti tal-ġenerazzjoni tiegħu li, f'kuntrast mal-poetika tal-kakofonija u tal-prożajċizzazzjoni, jisfruttaw l-effetti uditivi kollha li għandha l-kelma skont it-tradizzjoni. Il-vers ritmiku regolari, ir-rima (maskili u femminili, alternata, ġewwiena, ħielsa, magħluqa, mbewsa), l-allitterazzjoni, l-istrofa regolari: dawn u forom oħra tal-verbalità letterarja huma mħaddmin b'ħila u bi skop minn waqt għal ieħor.

Bit-tħaddim xieraq u rigoruż tal-mezzi tekniċi li toffri l-arti tal-Poeżija, u bl-espressjoni ta' temi mġarrba personalment u mwessgħin b'mod li jiksbu xeħta universali, Carmel G. Cauchi qiegħed iħaddem prinċipji tipiċi tal-Poeżija fil-bidu tal-millennju: il-kompromess bejn il-kelma mitħaddta u l-kelma mirquma bi skop letterarju, kif ukoll l-insistenza fuq il-prinċipju li l-interessi tal-espressjoni poetika fiha nnifisha, huma assoluti, kostanti, 'il fuq minn kull stagun letteraru li jigi u jgħaddi. Huwa kien konsistenti sa mill-fażi bikrija tiegħu. F'din il-kontinwità, imnissla l-aktar mill-qawwa tal-konvinzjoni letterarja tiegħu, huwa jsib l-identità umana u letterarja tiegħu, waqt li jidħol fil-grupp ta' dawk il-poeti li fehmu li l-Poezija tista' ssalva, bħala kontenut u bħala forma, jekk tibqa' tislet, u taġġorna, kulma toffri tradizzjoni twila shiħa.

Mid-Daħla tal-Prof Oliver Friggieri

 

L-Ewwel Edizzjoni: 2015

Ġeneru: Poeziji

Erġa' Lura

Carmel . G. Cauchi © 2009. Cahda |