L-istejjer tan-nanna Vanna Il-ktieb jiġbor fih 20 storja qasira għat-tfal ta’ bejn il-ħames u l-għaxar snin. Kull storja ġġib magħha stampa attraenti bil-kulur, xogħol tal-artist Frank Schembri. L-istil ħafif u mexxej ta’ Cauchi jagħmel il-ktieb aċċessibbli għal tfal ta’ din l-età, u l-istampi sbieħ ta’ Schembri źgur li jqajmu l-interess tal-qarrejja źgħar. Tfal ċkejknin li għadhom ma jafux jaqraw jieħdu gost jiflu l-istampi u jisimgħu xi adult jaqralhom l-istejjer. Din il-prattika għandha tqajjem l-interess fil-qari sa minn età źgħira. Għalliema u Katekisti jistgħu jagħmlu użu minn dawn l-istejjer fil-klassijiet tagħhom kemm għall-gost tat-tfal kif ukoll bħala spunt għal diskussjoni fuq livell ħafif u sempliċi.

 

L-Ewwel Edizzjoni: 2013

Ġeneru: Stejjer għat-tfal minn 5 sa 10 snin

Erġa' Lura

Carmel . G. Cauchi © 2009. Cahda |