Iċ-Ċurkett tas-Sultan Spiross

Mastru Gerfex rebbieħ Dejjem hu ktieb ġdid ta' Carmel G. Cauchi, Tpinġijiet ta' Frank Schembri.

Mastru Gerfex, hu raġel anzjan, qalbu tajba u Iċajtier. B'hekk huwa tassew maħbub f'Ħal Busbies fejn joqgħod.

Madnakollu fost il-Busbesin hemm ukoll min hu mqabbad miegħu daqs qarnita. Fost dawn insibu s-Surġent Sacco li jħobb isus warajh biex jaqbdu f'xi reat. Hemm ukoll Kaspru l-Amerikan li jgħir għalih u spiss jjagħmillu xi sfida jew imħatra. Imma Mastru Gerfex huwa makakk u dejjem jirbaħ hu u jħalli lil Kaspru b'xiber imnieħer. Hekk ġara

. meta Kaspru ried jieħu ikla b'xejn minn restorant fejn il-wejter kien Mastru Gerfex,

. meta Kaspru ried iġiegħel lil Mastru Gerfex jiġbed id-daqna tas-sindku,

. meta l-Amerikan mar itellaq max-xwejjaħ bil-karozza f'Ta' Qali,

. meta ppika miegħu fuq logħba biz-zkuk tas-sulfarini.... u l-bqija.

F'dal-ktieb taqraw ukoll: x'ġara meta, s-Surġent Sacco qala' lil Gerrfex minn kju u bagħtu wara nett, x'ġara meta Gerfex ried ibigħ il-larinġ tal-Kappillan, u meta mar l-iskola, fil-klassi tan-neputijiet. .U izjed ukoll...

 

L-Ewwel Edizzjoni: 2021

Ġeneru: Stejjer umoristiċi

Erġa' Lura

Carmel . G. Cauchi © 2009. Cahda |