Kif jaħsibhom Mastru Gerfex

Dan jaħbat ir-raba’ ktieb fis-sensiela ta’ Mastru Gerfex, u jiġbor fih għaxar stejjer oħra dwar dan il-karattru simpatiku. Stejjer bħal meta kisser il-mera antika ta’ martu Lugrezja, jew meta fil-Karnival libes ta’ Tork bit-tarbux u Lugrezja m’għarfitux. U x’ġara meta żelaq fit-triq u ħabat rasu mal-art…?

Ma jistax jonqos li hawn ukoll ix-xwejjaħ ikollu jħabbat wiċċu ma’ Kaspru l-Amerikan li kien dejjem imqabbad miegħu. Naraw x’ġara meta x-xwejjaħ nesa borma minestra fuq is-saqaf tal-karozza, saq biha b’kollox u Kaspru qagħadlu fin-nofs. Naqraw kif spiċċat l-affari meta Kaspru pprova jagħti tixriba lix-xwejjaħ billi jixħetlu fuqu barmil ilma kiesaħ. Insiru nafu wkoll b’liema mod ix-xwejjaħ ta lil Kaspru d-daqqa t’id li ried mingħandu.

U x’ġara meta Mastru Gerfex twebbel biex jistudja l-Ġermaniż…? U fiex jidħol il-bebbux…? U kif spiċċat l-imħatra tax-xwejjaħ li jixrob minn flixkun magħluq…?

 

L-Ewwel Edizzjoni: 2012

Ġeneru: Stejjer Umoristiċi.

Erġa' Lura

Carmel . G. Cauchi © 2009. Cahda |