Mal-Fatat ma Tiċċajtax

Sensiela ta’ 10 stejjer oħra dwar Nestor il-Fatat. Din id-darba juri ruħu  wkoll lill-aħwa Petra u Colin li jsiru jafu li hu jiġi l-kugin tagħhom.  Lilhom u lin-nanna Lonz ifittex li joħriġhom minn kull saram li jsibu ruħhom fih. — X’jiġri meta Brandon, il-bully tal-iskola, jipprova jwerwer lil Petra fil-Concert tal-Milied? —  Għaliex Salvu s-Sagristan iqatta’ poster kbir li jkun ghamel Colin? —  U l-Fatat kif jiddefendi lil Colin meta Salvu jkun irid joħorġu ta’ħalliel?  —  U x’jiġri meta l-ġara Katarin tara n-nanna ttir?…

Il-ktieb joffri tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet u ħafna iktar.

 

L-Ewwel Edizzjoni: 2002

Ġeneru: Fantastejjer

Erġa' Lura

Carmel . G. Cauchi © 2009. Cahda |