Leggendi tal-Milied Dan il-ktieb jiġbor fih tnax-il storja (jew leġġenda) sabiħa li minnhom insiru nafu kif bdew ċerti drawwiet tal-Milied. Naraw min kien l-ewwel wieħed li għamilha ta’ Father Christmas. Naqraw kif bdiet id-drawwa tas-Siġra tal-Milied u għaliex inżejnuha bit-tinsil. Insiru nafu min hi l-Befana, min kien Patri Froilan u x’għamel fil-Milied it-twajjeb Re Winċeslaw. Naqraw l-istorja tal-iżgħar ġemel li wasal ħdejn Ġesù mal-Maġi u mnejn ġiet l-ewwel ponsjetta. F’dan il-ktieb insiru nafu wkoll għaliex sikwit naraw il-pitirross fuq il-kartolini tal-Milied u naqraw l-istorja taċ-ċikonja (bl-Ingliż stork) u kif tidħol fil-Milied.

 

L-Ewwel Edizzjoni: 2012

Ġeneru: Leġġendi

Erġa' Lura

Carmel . G. Cauchi © 2009. Cahda |