L-għeneb qed jiswied u novelli oħra

Dan il-ktieb  fiħ ġabra ta’ ħdax-il novella fil-biċċa kbira tagħhom rebbieħa ta’ premjijiet f’konkorsi letterarji matul is-snin. Jittrattaw l-aktar temi marbuta mal-familja u problemi matrimonjali. Dwar in-novella li tat l-isem lill-ktieb:


“L-eżaminaturi qablu unanimament li n-novella L-Għeneb Qed Jiswied tal-konkorrent li ffirma Dmugħ  id-Dielja tingħata l-ewwel premju. Din il-kitba tinqata’ għalkollox mill-oħrajn. Hi ġrajja meħuda mill-ħajja ta’ kuljum, miktuba b’realiżmu ħaj, u bi stil letterarju ta’ livell għoli.” (Mir-Rapport tal-Ġurija, Konkors Letterarju Farsons imniedi mill-ġurnal “Il-ħajja” fl-1986. L-eżaminaturi kienu Dr Rena Balzan, Anton Grasso u John Sciberras.)

Disinn tal-qoxra: Hilary Spiteri

 

 

L-Ewwel Edizzjoni: 2009

Ġeneru: Novelli

Erġa' Lura

Carmel . G. Cauchi © 2009. Cahda |