Dan il-ktieb jiġbor fiħ damma ta’ 120 poeźija lirika li jmissu suġġetti personali u fl-istess ħin universali. Il-qoxra hija maħduma fuq disin ta’ Frank Schembri. Il-ktieb jiftaħ b’Daħla kritika mill-Prof Oliver Friggieri li fost ħwejjeġ oħra jgħid:
“Dawn il-poeziji jseddqu dejjem aktar id-dehra ċara li l-poeta offra tiegħu nnifsu f’ġabriet oħrajn. Għalhekk anki hawn ninsabu quddiem eźempju ieħor tal-unità li tikkaretterizza lil dan il-poeta… dan kollu hu mfisser bi kliem mirqum, b’idjoma meqjusa, prudenti, li tħares il-prinċipji kollha tad-decorum.”