Iċ-Ċurkett tas-Sultan Spiross

Rigal lil Samantha hu ktieb ġdid ta' Carmel G. Cauchi, Tpinġijiet ta' Frank Schembri.

Kien il-Hadd waranofsinhar, meta l-familja ta' Samantha u dik tal-kuġini ltaqgħu għal ħarġa f'Kennedy Grove. Samantha kellha ħuha Ronnie u tliet kuġini - Victor u t-tewmin Kevin u Katya.

Samantha kienet bil-għaqal, qalbha tajba u tibza' għall-ambjent. Imma l-oħrajn ma kinux bħalha. Kienu lkoll imqarbin u la jħobbu l-fjuri, la s-siġar u lanqas l-għasafar.

Bdew jilagħbu noli. Samantha riedet issib lil-oħrajn li kienu marru jistaħbew. Imma ma setgħet issib lil ħadd minnhom. Kienu marru xi ftit 'il bogħod. Meta mbagħad ġew lura sabuha titkellem ma' tifel liebes ilbies stramb.

X'kienu qed jagħmlu Ronnie u l-kuġini flok jilagħbu noli? Min kien dak il-ħabib ġdid ta' Samantha? U x'ried mingħandhom? Kienu lesti li jgħinuh?

Il-ktieb huwa ppubblikat bil-ħsieb li jkun jista' jinqara mit-tfal kollha, anki dawk li jsibu diffikultà fil-qari. Għal dan il-għan wieħed jinnota l-lewn safrani tal-karta, it-tipa pjuttost kbira, l-ispazju bejn il-linji,u l-bqija.

 

pubblikazzjoni ta' Merlin Publishers bil-kollaborazzjoni tal-Agenzija Nazzjonali tal-Litterizmu.: 2021

Ġeneru: Fantastorja

Erġa' Lura

Carmel . G. Cauchi © 2009. Cahda |