Sorpriża għal Lindora

Sorpriża għal Lindora hu ktieb ġdid ta' Carmel G. Cauchi, Tpinġijiet ta' Frank Schembri.

"SORPRIZA GHAL LINDORA", pubblikat minn Merlin Publishers, għandu kitba ta' Carmel G. Cauchi u tpinġijiet ta' Frank Schembri. Dan il-ktieb joffri rakkont mhux tas-soltu għax l-istorja tirrakkuntaha tifla waqt li tinsab fi stat ta’ koma. Il-ktieb huwa intiź għal tfal minn 9 sa 14-il sena u jinbiegħ €6.95.

Lindora hija tifla fl-ewwel klassi tal-Iskola Medja. Klikka ta’ tliet studenti oħra jaqbdu magħha u jibdew jibbuljawha. L-ibbuljar tagħhom mhuwiex biss verbali (bil-kliem biss) imma wkoll fiźiku. Jum wieħed iwaqqgħuha u taħbat rasha max-xifer ta’ siġġu. Dan iwassal biex Lindora tintilef minn sensiha u taqa’ f’koma.

L-istorja ma tittrattax biss il-kruha tal-bullying imma tidħol ukoll fl-isfera tal-koma. Tassew li Lindora tkun qed tisma’ kollox fl-istat tal-koma? Kif iġġib ruħha għal dak li jkun qed jiġri madwarha? X’jissuġġerixxi t-tabib biex forsi toħroġ mill-koma? Min huma dawk li jźuruha? X’joqogħdu jagħmlu biex jippruvaw jikkomunikaw magħha? Min hu Sebastian u kif jidħol fl-istorja?

U x’inhi s-sorpriźa li twassal biex fl-aħħar Lindora toħroġ mill-koma?

 

L-Ewwel Edizzjoni: 2019

Ġeneru: Stejjer

Erġa' Lura

Carmel . G. Cauchi © 2009. Cahda |