 |
Dan huwa rumanz għaż-żgħażagħ, u adolexxenti minn 13-il sena ’l fuq.
Il-ġrajja ddur fuq grupp ta’ tfajliet u ġuvintur li jiltaqgħu ta’ kull lejla fi klabb imwaqqaf apposta għalihom iż-żgħażagħ. Kif jixhed isem ir-rumanz, iż-żgħażagħ protagonisti għandhom ilkoll l-istorja tagħhom. Stejjer differenti ta’ karattri differenti. Xi wħud jiffittjaw u oħrajn jikklaxxjaw. Fost it-temi trattati hemm il-bullying, id-drogi, l-anorexia, l-alkoħoliżmu, il-piercing u t-tattoos, ir-relazzjoni mal-ġenituri, l-ewwel imħabba, il-fastidju sesswali, il-ġibda ta’ tfajla għal raġel miżżewweġ, il-ħajra għas-suwiċidju, il-mewt… u oħrajn. Jiżvolgi wkoll plot dwar misteru li fih isibu ruħhom tnejn mill-ġuvintur tal-grupp u jibqgħu jitħabtu sakemm isolvuh.
Il-ktieb ikopri 176 paġna u għandu qoxra attraenti bil-kulur maħduma minn Warren Busuttil fuq disinn ta’ Davida Flores.
Kollox ma’ kollox, li dan ir-rumanz għandu l-ingredjenti li jagħmluh interessanti għaż-żgħażagħ. |