Wiċċ imb wiċċ mal-verita'

Jean-Paul u SEBBELLIKU Ktieb ġdid ta' Carmel G. Cauchi, Tpinġijiet ta' Frank Schembri.

SEBBELLIKU huwa ġenju dħuli li jitħabbeb ma' Jean-Paul b'mod mhux tas-soltu. Għall-ewwel jibda jidhirlu u jkellmu direttament permezz tal-internet minn fuq l-iskrin tal-laptop u tal-ismartphone u, aktar tard, jibda jiltaqa' miegħu personalment. Fl-ewwel laqgħat Jean-Paul donnu jibża' minn Sebbelliku minħabba d-dehra stramba tiegħu u l-fatt li l-ġenju jaf ħafna dwaru. Imma mbagħad isiru ħbieb kbar.

Il-ġenju jgħid lil Jean-Paul li huwa jaf bix-xewqa sigrieta li għandu u lest li jgħinu jaqta' din ix-xewqa kbira. Imma l-ewwel iridu jgħaddu flimkien minn bosta avventuri x'aktarx strambi. Fil-kamra ta' Jean-Paul ikun hemm armarju fil-ħajt li soltu jerfgħu fih xi ħwejjeġ u oġġetti oħra li ma jkunux jintużaw, imma, meta Sebbelliku jgħid lil Jean-Paul jiftħu, dan isib indana taraġ li tiżbokka fi Triq ix-Xaradi. Jean-Paul jinżel jimxi tul din it-triq u tibda sensiela ta' avventuri u problemi li kien jeħtieġlu jsolvi.

Il-ktieb jinsab għall-bejgħ fil-ħwienet tal-kotba ewlenin.

 

L-Ewwel Edizzjoni: 2016

Ġeneru: Stejjer

Erġa' Lura

Carmel . G. Cauchi © 2009. Cahda |