Il-ġrajjiet ta' Jacob Jones

JACOB JONES kien tifel fuq ruħu u mqareb. Kien iħobb jagħmel ħafna ċajt goff. Darba minnhom, hekk kif fetaħ il-basket tal-iskola  kienu pronti qabzu minn ġo fih źewġ pupi, wieħed aħmar u l-ieħor aħdar! Dawn bdew jaqbźu fuq il-mejda, jiġru wara xulxin u jagħmlu l-gabirjoli hemm, quddiemu. Jacob bilkemm ried jemmen lil għajnejħ. Dawk kienu l-pupi tat-traffic lights!  

Il-pupu ahmar li jgħidlek “Stenna” u l-pupu aħdar li jgħidlek  “Aqsam”. Imma dawk kif kienu spiċċw fil-basket tiegħu?

Dawn iź-źewġ “pupi” ġabulu magħhom bosta sorpriźi oħra, bħal meta qasam lanġasa u u ra wiċċu minqux fiha… jew meta fuq ġbinu tfaċċat l-ittra Ġ ħamra tlellex u ma seta’ jneħħiha b’xejn…jew meta kibirlu mnieħer daqsiex u fiħ kellu ħruq in-nar…  jew meta xeħtulu barmil ilma li għaqad blokka silġ ma’ rasu. Jew meta mal-lejl kibirlu denb kbir ta’ qattus… Jew meta… Il-lista tkompli.

 

L-Ewwel Edizzjoni: 2009

Ġeneru: Fantastejjer

Erġa' Lura

Carmel . G. Cauchi © 2009. Cahda |