Wiċċ imb wiċċ mal-verita'

Gerfex, Betta u l-Internet Ktieb ġdid ta' Carmel G. Cauchi, Tpinġijiet ta' Frank Schembri.

Mastru Gerfex u Betta Trombetta ma kinux jafu 'l xulxin għax hu minn Ħal Busbies u hi toqgħod Ħal Faqqus. Imma x-xorti riedet li għal din l-istorja jiltaqgħu u jqattgħu ġimgħa flimkien.

U ma jistax jonqos li f'din l-istorja jidħlu wkoll mart ix-xwejjaħ, in-nanna Lugrezja, u n-neputijiet tagħhom Ivan u Yvette. Niltaqgħu wkoll ma' Ferfex, il-kelb ta' Mastru Gerfex, u naraw kif dan il-kelb kbir idewwaq snienu lil Kaspru l-Amerikan, ir-raġel skifuź li hu dejjem imqabbad max-xwejjaħ Gerfex.

Karattru ġdid f'dan il-ktieb huwa Wiggles, il-pappagall imlewwen li Mastru Gerfex xtara dan l-aħħar. L-istorja kollha ddur fuq l-internet u aktarx li Wiggles huwa l-iktar wieħed li jifhem f'dan is-suġġett għax, kull meta jissemma xi apparat elettroniku, jaqbeź hu biex ikellimna dwaru. U dawn l-elementi kollha jagħmlu l-istorja tassew interessanti.

Il-ktieb jinsab għall-bejgħ fil-ħwienet tal-kotba ewlenin.

 

L-Ewwel Edizzjoni: 2016

Ġeneru: Stejjer

Erġa' Lura

Carmel . G. Cauchi © 2009. Cahda |