Id-Dragun tad-Dragonara

Id-Dragun tad-Dragonara Tradott u addattat ghall-Malti minn The Day the Fireworks Died xoghol bl-Ingliz ta' Elizabeth-Anne Stewart.

Kienet waslet il-festa ta' San Teodoru, il-qaddis protettur ta' Ħal Parsott, imma sħab oħxon u iswed kien infirex fuq ir-raħal kollu u l-murtali ma bdewx jieħdu. Teo, tifel imwarrab minn kulħadd u mlaqqam "Ħaxxu-Baxxu", jisma' leħen misterjuz jgħidlu li San Teodoru xejn mhu kuntent bil-Parsottin għax mhumiex jgħixu ta' veri Nsara. Teo jipprova jiddefendihom imma l-leħen jibagħtu jiltaqa' mad-Dragun tad-Dragunara. Teo u d-Dragun isiru ħbieb u dan jieħu lit-tifel dawra ma' Ħal Parsott u jurih il-qalb iebsa u l-korruzzjoni tal-Parsottin. Hemm, tal-merca li jqarraq fl-uzin, hemm dak li jbigħ l-arloggi li jqarraq bin-nies għax ibegħilhom arloggi, taparsi antiki Maltin, li la huma Maltin u lanqas antiki, u hemm il-mara li tagħmel u tbigħ il-biskuttini tal-lewz imma flok bil-lewz timliehom bil-karawett. U hemm ħafna oħrajn li jqarrqu bil-klijenti b'xi mod jew ieħor.

Imma x'jagħmlu Teo u d-Dragun? Is-sħab iswed jibqa' jdellel fuq ir-raħal? Il-murtali jibqgħu ma jiħdux? Il-festa ssir?

Il-ktieb jinsab għall-bejgħ fil-Librerija Preca u fi ħwienet oħra tal-kotba ewlenin.

 

L-Ewwel Edizzjoni: 2017

Ġeneru: Fantastorja

Erġa' Lura

Carmel . G. Cauchi © 2009. Cahda |