Twieled Birkirkara fid-29 ta' Mejju 1944. Il-ġenituri tiegħu, illum mejtin, kienu Ġuzeppi u Rita mwielda Borg. Għandu żewġ ħutu iżgħar minnu, Joseph u Phyllis.

 

Mill-lskola Primarja ta' Birkirkara għadda għal-Liċeo, il-Ħamrun, fl-1957. L-edukazzjoni terzjarja tiegħu ħadha fil-Kulleġġ ta' I-Edukazzjoni San Mikiel, Ta' Ġiorni, fejn daħal fl-1963. Minn hemm kiseb iċ-Certifikat ta' Għalliem fl-1965. Għallem fl-iskejjel primarji tal-Gżira, il-Birgu, Birkirkara u Santa Venera. FI-1995 sar Assistent Kap fl-iskola Primarja "Madonna tal-Minsija", San Ġwann. FI-2005 irtira bl-eta’.

 

Huwa membru attiv fl-Eżekuttiv Ġenerali tas-Soċjeta tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.) Huwa msieħeb fl-Għaqda Poeti Maltin, fl-Għaqda Letterarja Maltija u fl-Akkademja tal-Malti.

 

ll-ġibda għall-kitba ħassha sa minn tfulitu u baqgħet tikber miegħu. Cauchi huwa kittieb ta' proża, poeżija u drammi, u jikteb kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar. Xogholijiet tiegħu xxandru fuq il-mezzi tax-xandir, u dehru fil-ġurnali, f'rivisti letterarji u f'antologiji kemm lokali kif ukoll barranin. Cauchi kien bosta drabi ppremjat f'konkorsi letterarji lokali u xi drabi wkoll l-ltalja. Ingħata fost I-ohrajn il-premju prestigjuz "Citta’ di Valletta" fl-1986.

 

Għal ħsnin konsekuttivi kiteb dramm li bih it-tfal ta' l-lskola Primarja ta' Birkirkara pparteċipaw fil- "Festival ta' Drama għall-lskejjel", u għal tliet darbiet ingħata t-trofew għall-ahjar skript oriġinali.

 

 

 BIBLIJOGRAFIJA

 Kotba għall-Kbar — Oriġinali
 Isem il-Ktieb   L-Ewwel Edizzjoni
 Holoq — Poeżiji (Ko-awtur)  1973
 Qsari fis-Setaħ — Novell!  1975
 Passi fuq ir-Ramel — Poeżiji  1983
 Tifkiriet Kalabrizi — Poeżiji (Ko-awtur)  1986
 Pupa tal-Piastik u Stejjer Oħra — Novelli  1985
 Fewgiet u Buffuri — Poeżiji  1994
 Stejjer għad-Diskussjoni— Stejjer Qosra  1996
 Lellux fil-Mogħdija - Poeżiji  1999
   
 Kotba għat-Tfal — Oriġinali
 Isem il-Ktieb  L-Ewwel Edizzjoni
 Il-Bawxati ta' Pietru Pitravu  1976
 Iżjed Bawxati ta' Pietru Pitravu  1977
 Bawxati Oħra ta' Pietru Pitravu  1981
 Pizzi Pizzi Kanna (poeziji)  1978
 Il-Misteru ta' L-lmsella Msadda  1979
 L-Għasfur Jitkellem u Stejjer Oħra  1981
 Ramon u Sardinellu  1981
 Onġi Onġi Onġella (poeżiji)  1982
 Il-Barumbati ta' Betta Trombetta  1983
 Betta Tħaddem Rasha  2005
 Betta Ġġibha Żewġ  2005
 Sardinellu u d-Dartal-Mares  1985
 Il-Praspar ta' Mastru Gerfex  1990
 It-Tifkiriet tan-Nannu Lipp  1992
 Mid-Djarju ta'Rikardu Fender  1993
 Aktar Mid-Djarju ta' Rikardu Fender  1997
 F'Ħal Busbies ma' Mastru Gerfex  1997
 Il-Fatat fid-Dar tan-Nanna  1998
 Dak l-lmbierek Mastru Gefex  1999
 L-Avventuri ta' Roderick u Gridoro  2001
 Mal-Fatat ma Tiċċajtax  2002
 Zito Zandarell - Ġrajjiet ta' Tifel Aljen  2003
 Il-Mama Spiss Ma Tiflaħx  2005
 II-Papa Għandu Problema  2005
 Ħija Jeremy  2005
 Ejja Naqraw Storja  2005
 Laqt u Xiber (poeżiji)  2006
 L-lstejjer ta' Kendor is-Saħħar  2007
 Is-Sigriet ta' Għajnejn il-Kobra  2007
   
 Kotba għat-Tfal — Traduzzjonijiet  
 Isem il-Ktieb  L-Ewwel Edizzjoni
 Patri Kolbe  1982
 Il-Ġrajja tal-Madonna ta' Fatima  1982
 Il-Majja u l-lttri ta' Pawlu  1985
  Don Bosco — Iċ-Ċkejken Akrobatiku  1989
 Don Bosco — Il-Ħabib taż-Żgħazagħ  1989
 Don Bosco — Appostlu Modern  1989
Ngħaqqad l-lstampi mill-Bibbja  2005
 Jigsaw Puzzles Żgħar mill-Bibbja  2005
 L-Ewwel Bibbja Tiegfii  2005
 Parabboli Fil-Bibbja  2005
 Stejjer mill-Bibbja  2005
 L-Anġli fil-Bibbja  2005